Is-salvagwardji u l-implimentazzjoni li jsaħħu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali ġew diskussi f’laqgħa li l-Prim Ministru Robert Abela kellu f’Kastilja mal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, Dunja Mijatović.
Matul din il-laqgħa, il-Prim Ministru rrefera wkoll għall-isfida tal-immigrazzjoni, b’Mijatović saħqet li din għandha tkun sfida tal-Unjoni Ewropea kollha u mhux ta’ ftit stati membri.
Mijatović faħħret ukoll ir-riformi ta’ Malta fil-qasam tal-governanza t-tajba, it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u d-drittijiet ċivili.
B’referenza għall-qasam tal-ugwaljanza, il-Kummissarju Mijatović innutat kif pajjiżna approva liġi li se tassigura iżjed rappreżentanza ugwali bejn is-sessi fil-Parlament.