Il-Kummissarju għall-Films Johann Grech ċaħad kategorikament li l-Kummissjoni tal-Films imbottat kumpaniji li jaħdmu fl-industrija ma’ produtturi internazzjonali li jagħżlu lil Malta għall-ġbid tal-produzzjonijiet tagħhom.
Fi stqarrija l-Kummissarju tal-Films ċaħad dak allegat mill-Assoċjazzjoni tal-Producers f’Malta u saħaq li bl-ebda mod mal-Kummissjoni tindaħal fl-għażla ta’ min jingaġġaw il-producers internazzjonali.
Is-Sur Grech qal li l-producers jaħdmu ma’ dawk li jagħżlu huma/ Qal li l-Kummissjoni tiddiskuti l-kumpaniji lokali meta l-producers jistaqsu dwar dawk disponibbli jew dawk li jistgħu joffru s-servizzi li jkunu qed jitolbu.
Qal li bil-programm ‘Opportunity for All’ inħolqot industrija għall-ħafna u mhux għall-ftit. Qal li l-programm mhux biss jagħti opportunità lil dak li jagħtu servizz iżda jagħti ċans lil kull min hu involut fl-industrija/ Is-sur Grech qal li llum hemm irreġistrati tliet mija u tlieta u sittin kumpanija u sebgħa mitt individwu/ Saħaq li l-kummissjoni trid suq ħieles u li jelimina l-monopolju tal-ftit.
Il-Kummissjoni saħqet li d-deċiżjoni biex tneħħi d-direttorju li kien jintuża qabel ttieħdet fid-dawl tal-implimentazzjoni tar-regoli Ewropew tal-GDPR.
Il-Kummissjoni qalet li mill-elfejn u tmintax, aktar minn sittax-il kumpanija lokali ħadmu fuq aktar minn ħamsa u tletin produzzjoni/ Saħqet li l-maġġoranza ta’ dawk li jagħtu servizz ħadmu fuq dawn il-proġetti differenti.
Il-Kummissarju Grech ċaħad ukoll stqarrijiet f’sezzjoni tal-midjal li uża l-pożizzjoni tiegħu biex jagħmel xi qligħ illeċtu u qal li se jkompli bil-ħidma biex dis-sena l-industrija tal-films tkompli bis-suċċess tas-sena li għaddiet li ħalliet 40 miljun fl-ekonomija Maltija.