Il-Blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia weħlet multa ta’ €7,550 wara li m’obdietx ordni mill-kummissarju għall-protezzjoni tal-informazzjoni u d-data Saviour Cachia. Dan wara li l-gazzetta Kullħadd irrapportat li Daphne Caruana Galizia ilha disa’ xhur tisfida lill-Kummissarju tad-data.
Fil-21 ta’ Lulju , l-Kummissarju tad-Data ordna lill-Caruana Galizia sabiex tneħħi ritratti tat-tfal tad-deputat laburista Luciano Busuttil, jew timmodifikahom b’tali mod li ma jintarfux.
Iżda kif żvelat il-gazzetta Kullħadd nhar il-Ħadd illi għaddha , Caruana Galizia ma ħassret jew immodifikat l-ebda ritratt u ma oservatx din is-sentenza.
F’dawn id-disa’ xhur kellha tħallas €25 għal kull jum li jgħaddi li ma tkunx osservat is-sentenza.
F’ittra li bagħat il-Kummissarju tad-Data lill-Daphne Caruana Galizia, għamilha ċara li jekk ma tħallasx din il-multa fi żmien sebat ijiem u jekk ma tneħħix ir-ritratti jittieħdu passi legali fil-konfront tagħha.
Din mhix l-ewwel darba li Daphne Caruana Galizia m’osservatx il-liġi. Fejn waslet biex injorat it-talba tal-Maġistrat Aaron Bugeja li qed imexxi inkjesta maġisterjali fuq talba tal-Prim Ministru biex jinvestiga l-allegazzjonijiet tagħha stess. U f’diversi okkazzjonijiet ma weġbitx lanqas għal sejħiet tal-pulizija u anke l-qrati.