Il-Kummissarju Għoli Malti għall-Indja Reuben Gauci qal kif qed jieħu ħsieb lill-familja tar-raġel Malti li miet waq li kien pożittiv għall-Covid-19 l-Indja.
Ma’ ONE News spjega kif qed jaħdem għar-ritorn tal-mara u t-tifla tal-vittma lejn Malta malajr kemm jista’ jkun.
Il-Malti ta’ sebgħa u erbgħin sena li marad bil-Covid-19 waqt li kien jinsab fl-Indja, miet fl-ajruplan, eżatt qabel dan telaq lejn pajjiżna.
Kien ONE News li rrapporta minn informazzjoni li kiseb, li l-Malti miet fl-air ambulance li kien mistenni jiġi biha llejla.
Sfortunatament il-kundizzjoni tiegħu qelbet għall-agħar fl-aħħar sigħat.
Huwa kien flimkien ma’ martu fl-Indja biex jaddottaw tifla.
Qabel kien ġej pajjiżna, il-Malti, li huwa nutar minn Ħal Tarxien, kien rikoverat fi sptar barra l-kapitali New Delhi.
Mart il-vittma wkoll tinsab pożittiva għall-virus.