Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà ħabbar li jistgħu jiġu suġġeriti passi dixxiplinarji fil-konfront ta’ membri mill-Korp tal-Pulizija li ħadu ħsieb każ ta’ allegat stupru ftit aktar minn sena ilu u li skont rapport tas-Sunday Times, spettur kaxkar saqajh fuqu.
Il-Kummissarju ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet dwar l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fil-Korp tal-Pulizija, waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Is-Sunday Times irrappurtat li mara allegatament ġiet stuprata u qalet li baqgħet qatt ma ssejħet sabiex tiġi mistoqsija dwar il-każ mill-Pulizija.
Dwar dan il-Kummissarju Gafà qal li l-każ ġie investigat u issa ġie mgħoddi lill-iskwadra ta’ kontra l-vizzji.