Din il-ġimgħa, il-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-Ugwaljanza, Helena Dalli ngħatat premju mill-Ministeru għall-Ugwaljanza Spanjol.
Dan il-premju mill-Gvern Spanjol ingħata lil Dalli minħabba x-xogħol tagħha fl-implimentazzjoni tal-politika tagħha lejn ir-rikonoxximent u l-protezzjoni lejn il-komunità LGTBIQ.
F’kelmtejn li għamlet għall-okkażjoni, il-Kummissarju Malti rringrazzjat lill-Gvern Spanjol ta’ dan il-premju.