L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jinsab imħasseb dwar il-każ tat-tifla li qegħda taħt ordni ta’ ħarsien u li ttieħdet barra l-pajjiż b’mod illegali.
It-tifla tħarrbet minn Malta mill-omm bijoloġika tagħha.
It-tifla baqgħet ma ġietx irritornata lejn il-foster parents tagħha.
Il-Kummissarju għat-Tfal qalet li tifhem il-qsim il-qalb tal-foster parents u ħeġġet lill-awtoritajiet sabiex ikomplu jaħdmu bla heda ħalli flimkien mal-awtoritajiet Ewropej, tinstab din it-tifla u jiġi assigurat li ma tkun fl-ebda periklu.
Hija qalet li tħares ‘il quddiem li din it-tifla tirritorna f’Malta kemm jista’ ikun malajr.