L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal wera t-tħassib tiegħu, wara li żewġ ommijiet ingħataw sentenza ta’ priġunerija, minħabba li għandhom tfal żgħar ħafna.
Il-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli kkummentat għall-fatt li żewġ ommijiet Torok instabu ħatja fuq dokumenti foloz.
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal appella lill-Ġudikatura biex f’dawn il-każijiet, turi sensitività u jkunu assigurati d-drittijiet tat-tfal.
Tenniet li d-deċiżjoni ta’ dawn iż-żewġ ommijiet għandha tkun riveduta.
Appella wkoll li jħeġġeġ lill-entitajiet kollha involuti biex ikun assigurat it-tfal jiġu mħarsa, filwaqt li jkollhom kuntatt xieraq m’ommijiethom, fl-istess waqt li tiġi rispettata l-privatezza tagħhom.