Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika waqqa’ każ imressaq minn Robert Aquilina tar-Repubblika fil-konfront tad-Deputat Rosianne Cutajar.
Ħabbret dan Rosianne Cutajar innifisha permezz ta’ stqarrija fuq il-profil tagħha fuq Facebook.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ li ressaq il-President tal-għaqda Repubblika involva allegazzjoni dwar konsulenza mal-ITS lura fl-2019.
Fl-istqarrija tagħha, Rosianne Cutajar sostniet li b’dan il-każ imwaqqa’, dan kien tentattiv ieħor sistematiku, immirat li jattakaha b’mod aggressiv fuq livell politiku u personali biex ibiegħduha mill-attiviżmu politiku.