Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler iddikjara li mhux ċert li Rosianne Cutajar ħadet flus f’senserija dwar xiri ta’ proprjetà fl-Imdina minn Yorgen Fenech.
Waqt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Hyzler kien mistoqsi dwar ir-rapport li għamel fuq il-każ.
Mistoqsi mill-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield, Hyzler tkellem fuq probabbiltà u mhux ċertezza.
Fil-laqgħa tat-Tnejn filgħaxija Hyzler qal ukoll li ma tkellimx ma’ kull persuna li kien involut f’dan il-każ.
Dwar ir-rapport ta’ Hyzler fuq Rosianne Cutajar kien hemm qbil anki min-naħa tal-Gvern li jiġi ppubblikat fl-intier tiegħu.
Fil-fatt in-naħa tal-Gvern qatt ma sabet diffikultà li dan ir-rapport jiġi ppubblikat b’mod sħiħ.