Il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli attendiet għal EuroPride f’Belgrade fis-Serbja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din iċ-ċelebrazzjoni tal-ugwaljanza saret għall-ewwel darba barra l-Unjoni Ewropea.
Hawnhekk il-Kummissarju Helena Dalli ltagħqet mal-Prim Ministru Serb, Ana Brnabić.
Fuq Twitter, il-Kummissarju Dalli qalet li apprezzat l-impenn għall-ugwaljanza mis-Serbja.
Is-sena d-dieħla, iċ-ċelebrazzjoni tal-EuroPride se ssir f’pajjiżna.