Il-Kummissarju Ewropea għall-Ugwaljanza, il-Maltija Helena Dalli, tinsab f’pajjiżna għall-Europride 2023.
Fi stqarrija ntqal li Dalla se jkollha laqgħat ma’ rappreżentanti tal-Gvern biex tiddiskuti l-ugwaljanza u d-drittijiet LGBTIQ.
Intqal li llejla l-Kummissarju Dalli se tagħmel diskors fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-EuroPride, li se ssir fl-MFCC f’Ta’ Qali. Din l-attività se timmarka l-bidu tal-attivitajiet li se jibqgħu għaddejjin sas-17 ta’ Settembru li ġej.
Fl-14 ta’ Settembru, il-Kummissarju Helena Dalli se tagħmel diskors tal-ftuħ fil-Konferenza dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-LBTIQ+.
L-għada, il-Kummissarju Dalli se jkollha diversi laqgħat bilaterali ma’ rappreżentanti ta’ gvernijiet nazzjonali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Fl-aħħar jum taż-żjara tagħha, fis-16 ta’ Settembru, il-Kummissarju Helena Dalli se tieħu sehem fil-parata uffiċjali tal-EuroPride 2023.