Art ta’ Yasmina Reza ttellgħet għall-ewwel darba f’Pariġi fl-1994: is-sena d-dieħla tagħlaq 30 sena fiċ-ċiklu u għadha tittella’ b’suċċess sal-lum. Hawn Malta ttellgħet ukoll, iżda qatt bil-Malti.
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta kkummissjonat lil Albert Marshall sabiex jittraduċi lil Reza u jidderieġi din il-kummiedja. Il-protagonisti ta’ Arti, huma tlitt irġiel ta’ klassi medja: Marc u Serge, bejn wieħed u ieħor tampar xulxin, u Yvan, ftit iżgħar minnhom, li ilhom ħbieb ħmistax-il sena.
Arti mhijiex xogħol dwar l-arti biss, imma, essenzjalment, id-dramm huwa kummentarju dwar id-dinamika ta’ ħbiberija bejn tlieta min-nies li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni fejn ir-relazzjoni interpersonali tagħhom tisfa’ sfidata minn kif jirrelataw ma’ biċċa tila bajda – biċċa arti astratta monokromatika – li Serge, wieħed mit-tlitt iħbieb, jixtri għall-prezz ‘redikolu’ ta’ mitejn elf ewro: il-‘personali’ jsir ‘politiku’.
ARTI ta’ Yasmina Reza, ser titella’ fi Splendid, Strada Stretta, il-Belt Valletta, bejn il-21 u t-23 u mit-28 sat-30 ta’April 2023, fis-7.30pm. Din hija produzzjoni oħra tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bħala parti mill-programm kuturali għal Strada Stretta.
Għall-Biljetti żuru showshappening.com.