Li deputat parlamentari jressaq petizzjoni f’isem il-kowstitwenti jew xi sezzjoni tal-poplu hija xi ħaġa li saret minn dejjem.
Iżda, illum dik il-petizzjoni qed ikollha itkar saħħa għax bidliet fil-mod kif jaħdem il-Parlament Malti se jwasslu biex il-petizzjoni tkun analizzata u diskussa f’kumitat tal-petizzjonijiet li twieled f’Novembru li għadda.
Dan frott ta’ bidliet li fassal il-gvern u li taw iktar awtonomija lill-Parlament u saħħa lill-vuċi tal-poplu. L-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anglu Farrugia, tkellem b’sodisfazzjon dwar dan l-iżvilupp.