Il-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex tal-Partit Nazzjonalista lest li jieħu passi kontra l-kap Nazzjonalista Adrian Delia u t-tmexxija tal-Partit talli Jean Pierre Debono ħa s-siġġu Parlamentari ta’ David Stellini li ġie elett mid-distrett ta’ Għawdex.
Bil-kumitat reġjonali ta’ Għawdex ried li jkun Kevin Cutajar li ġie mbuttat mill-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil sabiex jieħu s-siġġu ta’ Stellini. Stellini rriżenja din il-ġimgħa wara l-ikbar telfa elettorali li sofra l-Partit Nazzjonalista.
Din l-ittra li qegħdin nippubblikaw ġiet illikjata mill-Partit Nazzjonalista u spiċċat f’idejn ONE News.
Il-Kumitat ta’ Għawdex bagħat ittra lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista l-Ħadd waranofsinhar.
Il-Kumitat talab sabiex tiġi ddikjarata nulla d-deċiżżjoni li Jean Pierre Debono jieħu s-siġġu ta’ David Stellini’ minħabba allegat ksur fil-liġi elettorali.
F’każ li ma jsirx hekk, il-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex tal-Partit Nazzjonalista lest jieħu passi kontra l-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/06/GOZO-KUMITAT-REGJONALI.pdf” title=”GOZO KUMITAT REGJONALI”]