Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi approva n-nomina tal-Avukat u Deputat Laburista Randolph Debattista bħala Rappreżentant Permanenti għall-Ġnus Magħquda, residenti f’Ġinevra.
Dan minkejja li r-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fl-istess kumitat, id-Deputati Adrian Delia u Julie Zahra, iddeċiedew li jivvotaw kontra, avolja sostnew li mhux qed jiddubitaw mill-kapaċitajiet ta’ Debattista.
Sadanittant Randolph Debattista saħaq li, matul ħajtu, hu ħadem f’diversi xogħlijiet, inkluż dawk f’oqsma diplomatiċi, minn fejn tgħallem ħafna.