Il-Kumitat Ornis iddiskuta u qabel li l-kontravenzjonijiet li huma punibbli b’multa b’rabta mal-kaċċa għandhom jiġu riveditu.
Intqal kif kien għalekk li l-istess Kumitat ippropona li l-kontravenzjonijiet li huma marbuta ma’ sistema ta’ punteġġ sa massumu ta’ għaxar punti, il-kontravenzjoni ma tibqax b’multa iżda l-akkużat jitressaq il-Qorti.
Il-Kumitat Ornis qal kif l-ammont ta’ punteġġ li persuna takkumula, għandu jaqa’ wara perjodu ta’ sentejn fejn fil-każ li persuna tinqabad fil-pussess ta’ bird-caller, il-multa se tiżdied minn €250 għal €495.
Fi stqarrija, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti qablet ma’ din l-emenda, hekk kif tagħmel parti minn dan il-kumitat.
Spjegat kif waqt l-istess laqgħa, l-FKNK pproponiet li meta il-piena tal-Qorti tiddeċiedi li għandha tkun revokata għal xi perjodu ta’ żmien il-liċenzja tal-kaċċa u jew tal-insib, għandha tkun revokata l-liċenzja skond ir-reat u mhux it-tnejn.
Il-proposta tgħid kif dan ifisser li jekk ir-reat ikun b’rabta ma’ kaċċa, tiġi revokata l-liċenzja tal-kaċċa biss u mhux tal-insib ukoll.
L-FKNK spjegat kif dwar din il-proposta sar qbil fil-Kumitat fejn se tkun qed titressaq l-emenda fil-liġi lill-Ministeru kkonċernat.