Il-Kumitat Olimpiku Malti llum ħabbar il-kontinġent tiegħu għall-avveniment inawgurali tal-Malta Invitational Games li se jsiru f’Malta mis-6 sad-9 ta’ Ottubru.
Malta se tkun qed tilqa’ għaxar pajjiżi u madwar 200 atleta li se jkunu qed jikkompetu fil-Bowling, it-Taekwondo u t-Triathlon.
Malta se tkun irrapreżentata erba’ atleti fil-Bowling. L-avvenimenti tat-Taekwondo, li ngħata klassifikazzjoni ta’Ranking mill-World Taekwondo, se jaraw erbatax-il atleta jieħdu sehem, filwaqt li tmien atletli ser jikkompetu fit-Triathlon.
L-ewwel żewġ avvenimenti se jibdew fis-6 ta’ Ottubru bl-avvenimenti tal-Bowling li jibdew fl-2100hrs fl-Eden Superbowl, San Ġiljan, l-avvenimenti tat-Taekwondo se jibdew fl-1015hrs fil-Qawra Palace, ġewwal-Qawra, filwaqt li tibda l-ewwel attività multisport organizzata mill-Federazzjoni tat-Triathlon ser tkun Duathlon f’Hal Far nhar il-Gimgha fl-1030hs.
L-iskeda sħiħa tal-Malta Invitational Games tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Kumitat Olimpiku Malti – https://nocmalta.org/games/invitational-games/
Team Malta – Invitational Games
BOWLING
Atleti: Denis Mercieca, Kayden Lagana, Cynthia Duca, Tiziana Carannante
Uffiċjali: Rick Vogelsang, Mark Spiteri
TAEKWONDO
Atleti: Dwayne Micallef, Jean Schembri, Luke Chircop, Nathan Degiorgio, Saydou Diao, Jerome Vassallo, Samuel Vella, Robin Zammit, Ella Schembri, Michela Scerri, Shania Magro, Kylie Magro, Kendra Magro, Alycia Cassar
Uffiċjali: Ditmir Vodinaj, Mauro Busuttil, Gianluca Barbara
TRIATHLON
Atleti: Kai Azzopardi, Ryan Muscat, Roberto Briffa, Krista Kuusijarvi, Danica Bonello Spiteri, Maya Schembri Rodgers, Keira Attard, Lara Buttigieg
Uffiċjali: Warren Muscat, Bruno Mahsoudi, Karen Amato