Attivitajiet tal-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta, fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja 2019:
Il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2019 ser ikun hemm serata kommemorattiva f’Misraħ l-Assedju, il-Belt Valletta.
18.45 Wasla tal-mistidnin distinti
18.58 Wasla tal-Aġent Prim Ministru
19.00 Serata kommemorattiva. Matul is-serata jsir diskors tal-okkażjoni minn Dr Abdalla Kablan.
Fl-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruni mill-Aġent Prim Ministru, mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, mill-Kap tal-Oppożizzjoni, persuni distinti u korpi kostitwiti.
Is-Sibt , 7 ta’ Settembru 2019 ser ikun hemm quddiesa pontifikali fil-Knisja Arċipretali Marija Bambina, il-Mellieħa.
18.07 Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ Gwardja tal-Unur minn Triq Salvinu Vella, il-Mellieħa
18.15 Wasla tal-Gwardja tal-Unur u tal-Banda tal-Forzi Armati quddiem il-Knisja Arċipretali Marija Bambina Mellieħa
18.20 Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
18.23 Wasla tal-Aġent Prim Ministru
18.26 Wasla tal-President ta’ Malta u jingħata salut nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur
18.30 Quddiesa pontifikali
‘JUM IL-VITORJA’ – Il-Ħadd, 8 ta’ Settembru 2019 – ser ikun hemm ċerimonja ta’ tifkira mill-President ta’ Malta
10.00 Tqegħid ta’ kuruna mill-President ta’ Malta akkumpanjat miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta. Jieħdu sehem stakkament ta’ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta
11.00 Tqegħid ta’ kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju f’Forti Sant’Anġlu, mal-monument tal-Vitorja, il-Birgu, mal-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla u wara fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Regatta fil-Port il-Kbir
13.00 Regatta nazzjonali fil-Port il-Kbir organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali