Il-ġurnalista tas-sit The Guardian, Liz Boulter għażlet li l-ewwel artiklu tagħha għal-jum tal-Ġimgħa jkun dwar il-Belt Valletta u dak kollhu li wieħed jistà jsib fiha tul din is-sena bħala l-Kapital Ewropeja tal-Kultura.
Hi għamlet aċċenn għall-istorja li ġġorr magħha din il-Belt, b’referenza partikolari għal attaki ta’ żmien il-kavallieri u għas-swar majestużi li jduru mal-periferija.
The Guardian stqarret li l-belt fortifikata li għaddiet minn għexieren ta’ attakki, llum saret waħda mill-isbaħ attrazzjonijiet turistiċi li mhux biss toffri ċ-ċans li wieħed iżur għall-ftit siegħat, iżda wkoll li jqatta ftit ġranet jgħix fiha. Hawn il-ġurnalista ta’ dan is-sit għamlet referenza għall-ammont sostanzjali ta’ “Boutique Hotels” li wieħed isib fil-kapitali ta’ pajjiżna.
Fil-kitba tagħa, Boulter ma naqsitx li tagħmel referenza għal għadd ta’ attivitajiet skedati għal matul ix-xhur li ġejjin fosthom “Alto Fest”. Festa ta’ arti, hekk msejħa esperiment ta’ arti kontemporanja li ser isir fi Strada Stretta u li hu maħsub li jinfirex fuq bażi nazzjonali.
The Guardian hija gazzetta u pubblikazzjoni digitali Ingliża li tmur lura għall-bidu tas-seklu dsatax u li llum għanda miljuni ta’ seġwaċi minn madwar id-dinja kollha.