Il-gazzetta uffiċjali tal-Partit Laburista għada se jkollha ħarġa speċjali għal diversi raġunijiet. Mifruxa fuq 88 paġna, il-gazzetta mhux biss se tinkludi l-aħbarijiet tas-soltu, anke esklussivi, iżda se tfakkar il-mitt anniversarju tal-akbar forza politika lokali li kien jaħbat din il-ġimgħa u se telenka l-ħidma tal-Gvern Laburista lejlet budget ieħor.
F’suppliment apposta ta’ 28 paġna, se ssib l-istorja fil-qosor tal-Mexxejja kollha li kellu l-Partit Laburista sa mit-twelid tiegħu, elenku tal-aktar ġrajjiet storiċi li kien involut fihom f’dawn l-għexieren ta’ snin u anke kurżitajiet relatati mal-emblemi u l-innu tiegħu, fost oħrajn.
Minbarra hekk, b’dehra ġdida u aktar friska, il-gazzetta se tkun qed tagħti tifkira żgħira b’xejn lil kull qarrej tagħha.
Għal għada biss il-KullĦadd tinbiegħ għall-prezz ta’ €2.