Kovid l-Imqareb.
Dan huwa isem il-ktieb bil-Malti li ġie ppreżentat lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Fuq il-qoxra tiegħu jidher monstru żgħir b’kuruna fuq rasu li jissimbolizza l-virus li ħakem lid-dinja.
L-Aġenzija rringrazzjat lill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika għas-sehem tagħha matul din il-pandemija.
Il-ktieb huwa minn Lydia Zammit, b’disinji ta’ Naomi Gatt.