Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li għamlet rapport lill-Pulizija wara li persuni rresponsabli rmew kwantita’ kbira ta’ demel u ħmieġ tal-annimali fis-sistema tad-drenaġġ.
Fi stqarrija l-korporazzjoni qalet li dan wassal biex jingħalaq l-impjant u titwaqqaf il-produzzjoni ta’ ‘New Water’ sakemm din is-sitwazzjoni tistabiliżża ruħha matul il-ħamest ijiem li ġejjin.