F’logħba oħra mill-fażi tal-aħħar sittax, il-Kroazja kellhom jitħabtu sabiex għelbu lill-Ġappun bil-partita saħansitra tmur għal ħin barrani u anke l-penalties.
Kienu l-Ġappun li marru fil-vantaġġ eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Daizen Maeda biex l-ewwel taqsima intemmet 1 – 0 favur l-Ġappuniżi.
Wara għaxar minuti fit-tieni taqsima, l-Kroazja ġabu d-draw meta Lovren provda u Ivan Perisic skorja dak li kellu jkun il-gowl tad-draw.
1 – 1 intemmet id-disgħin minuta u għalhekk il-partita kellha tmur għal ħin barrani iżda anqas it-tlettin minuta addizzjonali ma’ kienu biżżejjed sabiex jkollna rebbieħ tal-konfront u għalhekk kellna nassistu għal penalties.
Takumi Minamino, Kaoru Mitoma u Maya Yoshida fallew il-penalties għal Ġappun bl-uniku plejer li jiskorja mill-11 il-metru għal Ġappun ikun Takumo Asano. Min naħa l-oħra Nikola Vlasic, Marcelo Brozovic u Mario Pasalic skorjaw għal Kroazja b’Mark Livaja jfalli milli jsib ix-xibka biex eventwalment kienu l-Kroazja li għaddew għal kwarti finali.
Ritatt: Sporting News