L-ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola qalet li se tkun qiegħda tagħti daqqa t’id biex Adrian Delia ma jibqax fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista.
F’messaġġ fuq Facebook, Metsola magħrufa għall-appoġġ li tagħti lill-ex kap Nazzjonalista Simon Busuttil qalet li bħalissa l-Partit Nazzjonalista għaddej minn terremot. Qalet li wara l-laqgħa tal-bieraħ xejn ma jista’ jibqa’ l-istess.
Hija temmet tgħid li dan huwa proċess li fih kulħadd għandu jagħti daqqa t’id kif se tkun qiegħda tagħmel hi.