L-għaxar deputati tal-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar sigħat ħarġu jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, qegħdin jitfgħu pressjoni fuq il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia sabiex ilaqqa’ Grupp Parlamentari.
Sorsi qrib il-Partit Nazzjonalista qalu li fil-Grupp Parlamentari Simon Busuttil għandu l-appoġġ tal-maġġoranza tad-deputati.
Deputati li jekk Delia se jibqa’ bil-ħsieb tiegħu li jissospendi lil Simon Busuttil, mhux jeskludu li jistgħu jipprezentaw mozzjoni ta’ sfiduċja kontrih. Fost dawn id-deputati hemm Mario De Marco, Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg, Therese Commodini Cachia, Karl Gouder, Claudio Grech, Marthese Portelli u Ryan Callus.