Xjentisti għadhom kif għamlu sejba li “hemm riskju kbir” li l-kripta ta’ fejn indifen Kristu jaf tiġġarraf minn ħin għal ieħor, jekk ma jsir xejn biex jitranġa l-bażi tagħha. Dan ħareġ hekk kif qed isir xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja ta’ Santu Sepulkru f’Ġerusalem.
Tim xjentifiku min-National Technical University f’Ateni, li għadha kif lestiet ix-xogħol ta’ restawr fuq dak li tradizzjonalment emmnut li hu l-qabar ta’ Kristu li jinsab f’Ġerusalem, qed twissi li hemm bżonn ta’ xogħol addizzjonali sabiex jiġi pprevenut milli tiġġarraf l-istruttura.
“Meta dan iseħħ, mhux se tkun ħsara li ssir gradwalment, iżda b’mod katastrofiku,” qalet il-Kap Eżekuttiv tat-tim xjentifiku, Antonia Moropoulou.