Il-kelliem għall-Kremlin u l-President Russu Vladimir Putin Dmitry Peskov qal li r-Russja lesta għal taħditiet fil-kapitali tal-Belarus Minsk sakemm l-Ukrajna tiddikjara li hi newtrali u tirtira pjanijiet li tissieħeb fin-NATO u tarma ruħha maġenb ir-Russja.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov qal li l-poplu Ukren għandu jiddeċiedi dwar il-futur tiegħu u fisser it-tmexxija Ukrena bħala waħda falluta.
Lavrov saħaq li l-għan tal-operazzjoni militari Russa hi li tiġi eliminata kull theddida militari mill-Ukrajna.
Sadanittant l-Unjoni Ewropea se tiffriża assi ta’ Putin u Lavrov fl-Ewropa.
Żona magħrufa bħala Obolon viċin iċ-ċentru ta’ Kyiv issa waqgħet f’idejn ir-Russi, b’tankijiet tal-gwerra għaddejjin fit-toroq.
Il-President Ukren Volodoymr Zelensky appella lin-nies ta’ Kyiv biex jiddefendu l-kapitali u jagħmlu bombi tal-petrol biex jimblukkaw lir-Russi.
Fl-aħħar sigħat, il-President Ukren għajjat is-suldati riservi u veterani biex jiġġieldu kontra l-qawwiet Russi u qal li se jagħti l-armi f’idejn kull min jista’ jiġġieled.