Il-krematorju tal-annimali mistenni jopera fiż-żmien li ġej. Ħabbret dan l-attivista favur id-drittijiet tal-annimali Moira Delia fuq il-paġna tal-Facebook tagħha.
F’messaġġ indirizzat lil Felix Busuttil, hekk kif għadu kif tilef lill-membru tal-familja b’erba’ saqajn, Sushi, kitbet kif tifhem minn xiex inhu jgħaddi fejn wara t-telfa ta’ ‘iben’ mgħandux fejn jidfnu.Spjegat li minkejja l-intoppi li kien hemm biex jinħoloq ċimiterju għall-annimali, hi ħadmet qatigħ biex permezz tal-ġenerożità ta’ bosta individwi li taw donazzjoni, b’mod partikolati Best Deal Property li taw donazzjoni ta’ €15,000, il-ħolma li jinħoloq krematorju tal-annimali setgħet titwettaq.
Spjegat kif l-awtoritajiet flimkien mal-Island Sanctuary issa jinsabu f’pożizzjoni li jassiguraw li l-krematorju tal-annimali se jibda jopera dalwaqt.
Sostniet li permezz ta’ dan, dawk li għandhom pet bħala parti mill-familja jistgħu jserrħu rashom li la jasal il-jum li jitilfu lill-pet, għandhom fejn imorru.