Il-Partit Nazzjonalista, meta kien fil-Gvern li Beppe Fenech Adami kien parti minnu, kien jtella’ l-kontijiet u d-dejn jammontaw miljuni kbar fil-Fondazzjoni Tal-Iskejjel t’Għada.
“Dak hu l-wirt li l-Partit Nazzjonalista ħalla fl-FTS għal pajjiż” qal il-Partit Laburista fi stqarrija.
“Issa dawn l-affarijiet qed jitnaddfu u l-operat tal-FTS, li għandu storja twila ta’ maniġment diżaztruz li jmur għat-twelid tagħha, issa qed jiġi mtejjeb biex jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet ta’ dawn is-snin kollha” temm jgħid il-Partit.
Il-Partit Laburista qal dan fid-dawl li Beppe Fenech Adami organizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.