“Malta nistgħu nqisuha bħala t-tieni d-dar tagħna u hija opportunità sabiħa li ninsabu hawnhekk.”
Kien dan is-sentiment mill-kowċ tat-tim nisa ta’ Manchester United, Marc Skinner, f’kumment ma’ ONE News wara l-logħba ta’ ħbiberija li saret bejn Manchester United u t-tim Olandiz ta’ PSV, li ntlagħbet fit-Tony Bezzina Stadium, f’Raħal Ġdid.
Din il-logħba li saret il-Ġimgħa filgħaxija ntrebħet mit-tim Ingliż bl-iskor ta’ tnejn b’wieħed, bil-gowl rebbieħ ġie skurjat fl-aħħar minuti tal-logħba.
Fil-kumment ma’ dan l-istazzjon, il-kowċ tat-tim tan-nisa ta’ Manchester United tkellem hekk dwar pajjiżna.
“It’s fantastic for us, it has been great to get the players into beautiful facilities, it also feels as a second home when we can here and it is a wonderful opportunity. Many people should visit Malta. I visited it in summer as well on a vacation, holiday and I find it really welcoming, perfect for exactly what I need for my family. For us, as a football perspective, the facility, the welcome, the nature, the people, real footballing island and something where we come back in the future.”
Wara din il-logħba tkellimna wkoll mal-captian tat-tim ta’ PSV, Gwyneth Hendriks, fejn kelmitna dwar l-organizazzjoni ta’ din il-logħba u t-training camp f’pajjiżna.
“I think everything was, like the organisation, was very good, the pitch was very good. So, yeah, it was a nice training camp and also tonight was very good.”
Preżenti għal din il-logħba kien hemm numru sabiħ ta’ partitarji, li anki ġew minn barra minn xtutna biex jaraw din il-logħba.
Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Carlo Micallef, li qal li din il-logħba f’pajjiżna tagħti viżibiltà qawwija b’eluf ta’ segwaċi minn madwar id-dinja.
“Il-logħba ġiet fil-ġimgħa li tradizzjonalment fit-turiżmu tkun kwieta wara l-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena, b’ħafna mil-lukandi jkunu vojta. Aħna naħdmu biex inġibu dan it-tip ta’ turiżmu lejn pajjiżna, tiġġenera turiżmu, kif ukoll viżibiltà qawwija għal pajjiżna fil-pajjiżi barranin.”