Spanja keċċiet lill-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ Spanja, Julen Lopetegui jum qabel tibda t-Tazza tad-Dinja u ftit jiem wara li ssemma bħala l-kap il-ġdid tar-Real Madrid.
Lopetegui, ta’ 51 sena, kien appuntat f’Bernabeu aktar kmieni din il-ġimgħa wara r-riżenja ta’ Zinedine Zidane – liema mossa ħalliet lill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Spanjol, Luis Rubiales, maħsud.
Lopetegui, li kien imexxi lil Porto, mexxa lil pajjiżu bi 28 punt fil-quċċata tal-grupp tal-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Spanja tibda l-kampanja tagħha biex terġa’ tikseb it-trofew mingħand il-Ġermanja l-Ġimgħa filgħaxija fejn se jkunu qed jilgħabu kontra l-Portugal, bir-Russja u l-Arabja Sawdija mistennija tiftaħ it-turnament il-Ħamis waranofsinhar.