L-MFA ħabret li l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini ġie rilaxxat mid-dmirijiet tiegħu. L-assoċjazzjoni Maltija ħadet din id-deċiżjoni hekk kif jidher li ma kinitx kuntenta bil-prestazzjonijiet riċenti tat-tim kif ukoll fid-dawl tal-fatt li l-kuntratt tal-istess kowċ kien jiskadi fi tmiem din is-sena.
L-MFA ħabbret li anke l-assistent kowċ, Davide Mandelli, ġie rilaxxat mill-kuntratt tiegħu.
Id-deċiżjoni dwar minn se jkun qed jieħu f’idejh it-tmexxija tat-tim nazzjonali Malti mistennija tiġi diskussa waqt il-laqgħa li jmiss tal-eżekuttiv.