Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia r-riżulta pożittiv għall-Covid-19. Dan ħabbritu l-Assoċjazzjoni Maltijta tal-futbol ftit tal-ħin ilu fuq il-paġna uffiċjali tagħħa.
Mangia kien ilu għal dawn l-aħħar jiem f’kwarantina wara li kien f’kuntatt ma’ persuna li wkoll kienet pożittiva għal Covid-19. Filwaqt li s-sintomi huma ħfief, Mangia ser jibqa għaddej bil-kwarantina mandatorja hekk kif mitlub mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
It-tim nazzjonali Malti ser ikun fl-azzjoni f’partita ta’ ħbiberija fil-11 ta’ Novembru kontra Liechtenstein qabel l-impenn doppju kontra Andorra u l-Foroe Islands fl-14 u 17 ta’ Novembru f’żewġ logħbiet validi mill-UEFA Nations League.
Ritratt: MFA