Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa mald-direttur maniġerjali tal-Korporazzjoni Mitsui Kazuki Shimizu f’ Tokjo fil-Ġappun.
Il-laqgħa kienet iffukata fuq il-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija wara li saru diversi laqgħat kmieni f’Malta din is-sena mac-Chariman tal-Mitsui. Il-Prim Ministru ddiskuta kwistjonijiet relatati ma’ enerġija nadifa, li tinkludi sistema aktar nadifa u innovattiva ta’ trasport kif ukoll materji oħra relatati mal-enerġija.
Mitsui qal li hu kommess li jkompli diskussjonijiet mal-Gvern Malti filwaqt li jelaboraw ideat varji oħra li ġew diskussa fil-laqgħa li saret.