Id-Dipartiment tas-Cyber Crime bħalissa qiegħed jinvestiga messaġġi li qed jintbagħtu taparsi joffru vouchers minn supermarkets internazzjonali u imejls minn bankijiet globali li jgħidu li għandhom preżenza lokali.
Dan id-dipartiment qed iwissi lill-pubbliku sabiex bl-ebda mod ma jagħtu d-dettalji personali tagħhom minħabba raġunijiet ta’ frodi.