Fuq il-midja soċjali, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija appellat lil-pubbliku sabiex ma jitfax lill-membri kollha tal-Korp kollha taħt l-istess keffa. Dan b’rabta mal-allegat irregolaritajiet li kien għaddejjin fit-taqsima tat-traffiku, li dwarha bħalissa għaddejja investigazzjoni.
L-Assoċjazzjoni qalet li minkejja li hija konxja mid-dmirijiet tagħha, ħasset li kellha tesprimi ruħha, għaliex mhuwiex ġust li mat-tajjeb jeħel il-ħażin. Hija ħasset li kellha turi s-solidarjetà tagħha lejn dawk l-uffiċjali tal-Pulizija li jagħmlu xogħolhom b’dedikazzjoni u b’onestà.
L-Assoċjazzjoni sostniet l-ħażin li sar minn uħud ma għandux iħassar ix-xogħol imprezzabbli jsir minn eluf ta’ persuni oħra li dejjem kienu onesti u kienu u għadhom jaqdu dmirijiethom.