Il-Forzi Armati ta’ Malta, fost oħrajn se tinvesti fil-proġett tax-xiri ta’ offshore patrol vessel ġdida u f’investiment ta’ tagħmir għall-ispecial operations unit.
Il-Protezzjoni Ċivili u l-Korp tal-pulizija se jinvestu f’vetturi ġodda u moderni.
Il-Protezzjoni Ċivili se tinvesti f’bini ta’ stazzjonijiet ġodda.
Filwaqt li l-Korp tal-pulizija se jibni binja moderna għat-taqsima l-ġdida tal-prosekuzzjoni, u d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet finanzjarji se jopera minn binja moderna.