F’dawn l-erba snin, il-korp tal-Pulizija ibbenefika minn għadd ta’ proġetti, b’investiment ta €9.2 miljun li parzjalment ġejjin minn fondi Ewropej. Dan l-investiment li jinkludi għodda, radios għas-sorveljanza, kontrolli u tgħamir ta’ teknologija u faċilitajiet għall-kontrolli ta’ visas.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg spjegaw li dan huwa proġett ieħor marbut mas-sigurtà tal-avjazzjoni u s-settur marittimu u ffinanzjat minn fondi Ewropej.
Filfatt qed tinġabar informazzjoni bikrija tal-passiġġieri li jidħlu bl-ajru jew bil-baħar. Fadal tmien progetti oħra x jsiru b’investiment ta’ tliet miljun ewro. Progett partiolari huwa x-xiri ta’ għodda li tgħin fl-investigazzjoni forensika. Dan filwaqt li se tiġi aġġornata sistema ta’ radji u antenni ġodda fil-korp tal-Pulizija.