Il-Korp tal-Pulizija kompla jirċievi rapporti mingħand persuni li l-mezzi soċjali tagħhom ġie hacked u spiċċaw mingħajr aċċess għalihom. Dan wara li fil-maġġoranza tal-każijiet, sfaw vittma ta’ hacking.
Il-Korp tal-Pulizija spjega kif jaħdem dan it-tip ta’ hacking fej persuna mingħalija li tkun irċeviet messaġġ mingħand ‘ħabib’ fuq il-meżżi soċjali, liema ‘ħabib’ jitlob l-għajnuna billi jibgħat code ħalli jkun jista’ ibiddel il-password. Iżda fil-verita, din il-persuna qed tirċievi messaġġ qarrieq li jkun intbgħat minn xi ħadd li diġa jkun għamel l-istess lill-‘vittma’ oħra.
Meta ddaħħal l-code wieħed ikun qiegħed jagħti aċċess għal profil tagħhom fuq il-mezzi soċjali. Dan bil-konsegwenza li l-vittma titlef għal kollox l-aċċess għall-account tal-mezzi soċjali tagħha.
Għalhekk il-Korp tal-Pulizija qiegħed jappella lill-pubbliku għal aktar attenzjoni u l-unika ħaġa li wieħed irid jagħmel huwa li jinjora dawn il-messaġġi.