Il-kandidat liberali Moon Jae-in se jkun il-President il-ġdid tal-Korea t’Isfel, dan wara li qala’ 41.4% tal-voti mingħand l-elettorat, dan skont l-ewwel stħarriġ.
Filwaqt li Moon qala’ 41.4 tal-voti filwaqt li l-aktar kandidat li ġie qrib ir-riżultat tiegħu huwa Hong Joon-Pyo b’23.3% tal-voti.
Aktar Qabel: Il-Korea t’Isfel qed tivvota għal mexxej ġdid; f’Elezzjoni Presidenzjali li waslet wara skandlu ta’ korruzzjoni li waqqa’ l-President tal-pajjiż.
Elezzjoni li qed issir taħt sigurtà stretta u tensjoni kbira kkawżata mis-sitwazzjoni ekonomika attwali fil-Korea ta’ Fuq.
Rapporti tal-midja lokali qalu li ċ-ċittadini ħerġin bi ħġarhom jivvutaw – b’mod partikolari ż-żgħażagħ, li qed jivvutaw għal wieħed mit-tlettax –il kandidat li qed jissieltu għall-kariga.
Il-kandidati kollha qed iwegħdu lill-Korea t’Isfel sitwazzjoni ekonomika aħjar billi b’mod partikolari jnaqqsu n-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol u jżiru l-impjiegi.