Ritratti mis-satellita qrib Pyongyang juru li fit-Tramuntana tal-Korea, jista’ jkun li qed jippreparaw biex jitfgħu missila.
Hemm attività kbira f’Sanumdong, fit-Tramuntana tal-Korea fejn jinbnew il-biċċa l-kbira tal-missili u r-rockets.
Skont rapporti li ħarġu iktar kmieni din il-ġimgħa, is-sit ta’ Sohae minn fejn jintbagħtu r-rockets, qed terġa tinbena.
Il-President Trump ilbieraħ qal li jkun diżappuntat jekk il-Korea tkompli għaddejja bit-testijiet tal-missili.