Il-Korea t’Isfel offriet li fid-disgħa ta’ Jannar, tpoġġi madwar mejda mal-Korea ta’ Fuq biex flimkien jiddiskutu l-possibilità li tim mill-Pyongyang jieħu sehem fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa li se jsir din is-sena.
Dan wara li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-Un, fid-diskors annwali tiegħu tal-Ewwel tas-Sena, qal li qed jikkunsidra jibgħat tim mill-Korea t’Isfel biex jipparteċipa fil-Logħob li se jsir fi Frar.
Qal li ż-żewġ pajjiżi għandhom jiltaqgħu b’mod urġenti biex jiddiskutu dil-possibilità.
Il-President tal-Korea t’Isfel iddeskriva din l-idea bħala ċans biex titjieb ir-relazzjoni ta’ tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Jekk il-Korea ta’ Fuq taċċetta, dawn mistennija jiltaqgħu f’villaġġ li jinsab fil-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi li mhux l-ewwel darba li ltaqgħu fih biex jiddiskutu u jinnegozjaw.