Il-Korea ta’ Fuq wissiet lill-Amerka biex ma tindaħalx fil-kunflitti li hemm bejn il-Korea ta’ Fuq u ta’ Isfel, tant li skont rapporti fil-midja Koreana ġie rrapportat illi jekk l-Amerka irid li l-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru li ġej issir mingħajr ebda problema, l-Amerika għandha żżomm postha.
Din id-dikjarazzjoni saret wara li l-Amerka qalet li kienet iddiżapuntata bl-aġir tal-Korea ta’ Fuq; li jissospendi l-linji ta’ komunikazzjoni mal-Korea t’Isfel nhar it-Tlieta li għadda.