Il-Korea ta’ Fuq kompliet bit-testijiet tal-missili tagħha. Liema testijiet imorru kontra 11-il riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Il-Korea ta’ Fuq sparat żewġ missili oħra fil-baħar.
Huwa mifhum li dawn il-missili għandhom firxa qasira u jistgħu jiġu sparati biss mill-qrib. Filfatt l-missili ġew sparati mill-belt ta’ Hamhung u niżlu 400 kilometru ‘l bogħod fil-baħar tal-Ġappun fil-Lvant tal-peniżola Koreana.
Il-Korea ta’ Fuq bdiet bit-testijiet fuq serje ta’ missili wara li f’laqgħa f’Ġunju li kellu ma’ Trump qablu sabiex jibdew in-negozjati denuklearizzazzjoni. Filfatt jidher li Kim Jong Un bagħat ukoll ittra lill-President Amerikan. Ittra li Trump qal li fl-ittra, Kim Jong Un “ma kienx ferħan”. Jidher li r-reġim tal-Korea ta’ Fuq jinsab urtat bl-eżerċizzji militari li għadejjin bejn l-Amerka u l-Korea t’Isfel.
Dan hekk kif qed jisħaq li dawn l-eżerċizzji jmorru kontra il-ftehim milħuq bejn il-President Trump u l-President tal-Korea t’Isfel Moon Jae-in.