Il-Korea ta’ Fuq sparat missila aktar minn disa’ mitt kilometru ‘l bogħod fejn niżlet ftit aktar minn siegħa wara fil-baħar tal-Ġappun.
Il-missila tat-tip ICBM jew inkella ‘Intercontinental Ballistic Missile’ kienet sparata waqt testijiet li kienu qegħdin isiru, filwaqt li Pyongyang qal kif intweriet il-kapaċità tagħha li missili ta’ dan it-tip jistgħu jikkumbattu dawk tal-Istati Uniti u l-Korea ta’ Isfel.
Aktar tard, Washington u Seoul se jkunu qegħdin jidħlu f’taħtidiet biex jaraw kif jistgħu jnaqqsu l-theddida nukleari tal-Korea ta’ Fuq.
Dan hekk kif l-awtoritajiet fi Pyongyang heddew li se jkunu qegħdin jirrispondu bl-aktar mod b’saħħtu anki għal testijiet minn terzi pajjiżi hekk kif qegħdin ikunu interpretati mill-istess awtoritajiet bħala preparazzjoni għal invażjoni tal-Korea ta’ Fuq.