Il-Korea ta’ Fuq sparat l-ewwel missila bħala test minn meta Donald Trump sar President tal-Istati Uniti.
Trump wiegħed lill-Prim Ministru tal-Ġappun, Shinzo Abe, li “l-Amerika se tkun qed tappoġġja lill-Ġappun.”
Il-missila ġiet sparata mil-Lvant tal-pajjiż
Abe qal li din il-prova m’hi xejn ħlief “deċiżjoni intollerabbli”.
Tul dawn l-aħħar snin il-Korea ta’ Fuq wettqet diversi testijiet nukleari li komplew jallarmaw lir-reġjun.