Il-Korea ta’ Fuq bagħtet l-Amerka ħamsa u ħamsin kaxxa bil-fdalijiet ta’ suldati Amerikani li nqatlu fil-Gwerra tal-Korea.
Dan bħala parti mill-ftehim li ntlaħaq f’summit f’Singapore bejn il-mexxejja taż-żewġ pajjiżi f’Ġunju li għadda.
Fi stqarrija tal-White House intqal li b’dan l-att, Kim Jong Un wettaq parti mill-impenn tiegħu lejn il-President Amerikan.
Temmet tgħid li l-azzjonijiet tal-Korea ta’ Fuq għandhom jitqiesu bħala ta’ kuraġġ kbir, li jipprovdu spinta ’l quddiem għal bidla pożittiva.