Il-Korea ta’ Fuq jidher li bdiet iżżarma parti minn sit importanti minn fejn ikunu sparati l-missili fil-Majjistral tal-pajjiż.
Ritratti bis-satellita tal-istazzjon Sohae li rawhom il-grupp ta’ moniteraġġ ibbażat fl-Istati Uniti bl-isem 38 North jissuġerixxu li Pyongyang qed timxi mal-wegħda li saret f’Ġunju.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kom Jong-un kien wiegħed li jeqred sit fejn isiru t-testijiet, iżda ma kienx speċifika liema.
Pyongyang sostniet li Sohae hija sit minn fejn ikunu sparati s-satelliti, iżda uffiċjali Amerikani jissuspettaw li ntużat biex ikunu ttestjati l-missili ballisitiċi.