Il-Korea ta’ Fuq qalet li hemm ċans li ma tiħux sehem f’summit li fih se jieħu sehem il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, jekk l-Istati Uniti tinsistilhom biex iċedu l-armi nukleari.
Din il-laqgħa kienet waħda mistennija bejn Trump u Kim Jong-un, liema laqgħa kienet mistennija ssir fit-12 ta’ Ġunju.
Iżda fi stqarrija b’ton irrabjat, il-viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq akkuża lill-Istati Uniti li qed tagħmel stqarrijiet mingħajr ħsieb u li qed tieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq ħsibijiet malizzjużi.